Castillo
Mhux kulħadd jiddeċiedi li jmut.Emma qatlet żewġt irġiel. Dennis Castillo u Tommy Grech. It-tnejn li huma ħadu b’idejn il-Kurunell Muammar...
Also Available in:
- Amazon
- Audible
- Barnes & Noble
- AbeBooks
- Kobo
More Details
Mhux kulħadd jiddeċiedi li jmut.
Emma qatlet żewġt irġiel. Dennis Castillo u Tommy Grech. It-tnejn li huma ħadu b’idejn il-Kurunell Muammar Gaddafi meta ġie Malta bejn il-21 u l-24 ta’ Mejju tal-1976. Tommy kien jaħdem il-Palazz ta’ Sant’Anton fejn il-Kurunell kiel is-Sibt u l-Ħadd filgħaxija. Kellu r-ritratt ma’ Gaddafi mdendel fl-intrata tad-dar. Dennis kien spettur u kellu ritratt ma’ Gaddafi fuq l-iskrivanija fl-uffiċċju tiegħu. Qatt ma ddispjaċieha ta’ dak li għamlet. Sakemm darba waħda, tfaċċajt jien quddiem il-bieb tad-dar tagħha. Jien Amanda, it-tifla ta’ Emma.
Kieku kellek titlef lil ommok, u meta terġa’ ssibha snin twal wara, issir taf li qatlet, x’tagħmel?
- Format:Paperback
- Pages:320 pages
- Publication:2018
- Publisher:Merlin Publishers Ltd
- Edition:
- Language:mlt
- ISBN10:9990917159
- ISBN13:9789990917154
- kindle Asin:9990917159









